Navigate Up
Sign In

Aħna Min Aħna?

Jiena jisimni Helen D'Amato u jiena l-Kummissarju għat-Tfal f’ Malta u Għawdex. Ix-xogħol tiegħi huwa li niżgura li d-drittijiet taż-żgħażagħ dejjem jiġu rispettati, u li dawn jingħataw importanza mill-kbar. Dawn id-drittijiet jinkludu d-dritt li għandhom iż-żgħażagħ li jiġu protetti, id-dritt li ż-żgħażagħ għandhom li jkollhom is-servizzi meħtieġa għall-iżvilup tagħhom f’ambjent f’saħħtu , u d-dritt li l-ewwel u qabel kollox ikunu jafu dwar id-drittijiet tagħhom!
 
Huwa ukoll importanti ħafna li ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jesprimu lilhom infushom b’mod ħieles, u li dawn l-opinjonijiet jittieħdu bis-serjetà mill-kbar. Jiena ninsab hawn bħala l-Kummissarju ghat-Tfal sabiex naħdem speċifikament għat-tfal u għaż-żgħażagħ, u sabiex niżgura li dawn ikollhom dak kollu li jinħtieġu sabiex jikbru fl-aħjar ambjent possibbli.
 
Huwa importanti li niġi infurmata direttament dwar il-bżonnijiet taż-żgħażagħ miż-żgħażagħ stess. Meta jkolli idea ta’ l-esperjenzi tagħhom, hekk kif jgħixuhom huma stess, inkun nista’ nindirizza l-ħtiġiet tagħhom aħjar u niżgura li dejjem jinżammu quddiem nett, l-aħjar interessi tagħhom mill-Uffiċjali u l-Awtoritajiet tal-Gvern.
Jiena miżżewġa lil Carmel u għandi tlett itfal li issa kibru mhux ħażin. Dawn jisimhom Anton, Manuel u Francesca. Fil-ħin liberu tiegħi inħobb nagħmel il-krafts u nsajjar il-kejkijiet u nipprova nżomm ruħi b’saħħti billi nagħmel ftit eżerċizzju kuljum.
 
commissioner.jpg

 
​​​​​​​​​​​​​​​​​