Merħba fl-Uffiċċju
tal-Kummissarju għat-Tfal​

L-Uffiċċju jippromwovi l-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet tat-Tfal li jiffoka fuq: il-protezzjoni tat-tfal, il-provediment tas-servizzi neċessarji għat-tfal, kif ukoll il-parteċipazzjoni tat-tfal.

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal ġie mwaqqaf skont it-termini hekk kif imniżżla fl-Att Dwar il-Kummissarju għat-Tfal tal-2003, sabiex jippromwovi il-benesseri tat-tfal u li jkun hemm konformità mal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda Dwar id-Drittijiet tat-Tfal, hekk kif ratifikata minn Malta fis-26 ta’ Jannar tal-1990. Dan jgħodd ukoll għal kwalunkwe tip ta’ trattati internazzjonali, konvenzjonijiet u arranġamenti li għandhom x’jaqsmu mat-tfal, hekk kif inhuma jew kif jiġu ratifikati jew aċċettati minn Malta.

Ix-xogħol tal-Uffiċċju jiffoka fuq: il-protezzjoni tat-tfal, il-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal, li jassikura lit-tfal ikollhom dawk is-servizzi neċessarji għalihom, kif ukoll il-parteċipazzjoni tagħhom speċjalment f’temi li jolqtuhom direttament. L-Uffiċċju jaħdem billi jkun punt ta’ referenza li jsegwi b’reqqa is-sitwazzjoni soċjali u kulturali fejn jidħlu t-tfal, sabiex jgħin b’mod sostanzjali fil-ko-ordinazzjoni ta’ ħidma li hija neċessarja f’oqsma differenti sabiex din tkun iffukata primarjament fuq il-ħtigijiet tat-tfal.

children

Tfal u Żgħażagħ

female

AĦBARIJIET

open-book

PUBBLIKAZZJONIJIET

AĦBARIJIET

Midja soċjali

This message is only visible to admins.
Problem displaying Facebook posts.
Click to show error
Error: No posts available for this Facebook ID