Pożizzjoni dwar il-White Paper ‘Lejn it-Tisħiħ tal-Qafas Legali għall-Użu responsabbli tal-Kannabis’

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jemmen li l-kultivazzjoni u l-użu tal-kannabis għandhom jibqgħu illegali għal minuri u adulti żgħar ħafna.

Il-White Paper tirrikonoxxi li l-espożizzjoni tat-tfal għall-kannabis tista’ tikber bħala riżultat talkultivazzjoni u l-użu legali tal-kannabis minn adulti li jgħixu fl-istess dar mat-tfal. Filwaqt li lUffiċċju jappoġġja l-mekkaniżmi ta’ protezzjoni proposti, jiġifieri li l-kannabis ma tistax tiġi kkonsmata fil-preżenza ta’ minuri u li tkun maħżuna f’ postijiet li mhumiex aċċessibbli għallminrui, l-Uffiċċju huwa mħasseb li dawn il-mekkaniżmi ta’ protezzjoni jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jitħarsu t-tfal.

Il-White Paper ma titkellimx dwar ir-riskju li tfal jibilgħu xi dħaħen tal-kannabis anke meta din ma tkunx qed tiġi kkonsmata fil-preżenza tagħhom. Il-White Paper ma tisħaqx fuq il-bżonn li lkonsumaturi tal-kannabis jiżguraw li ma jħallux xi traċċi tax-xitla kkonsmata fejn jistgħu jsibuhom it-tfal.

Il-White Paper tonqos milli tagħti dettall ta’ x’qafas legali qed jiġi propost biex dawn ilmekkaniżmi ta’ protezzjoni jiġu nfurzati. L-Uffiċċju jemmen li l-ksur ta’ dawn il-mekkaniżmi ta’ protezzjoni mill-adulti responsabbli għandu jkun reat kriminali, u li l-osservanza ta’ dawn ilmekkaniżmi ta’ protezzjoni għandha tkun suġġett għal reġim regolatorju rigoruż immexxi millAwtorità ddedikata għall-użu responsabbli tal-kannabis li jorbot il-kultivazzjoni u l-użu talkannabis ma’ kundizzjonijiet stretti fir-rigward ta’ fejn eżatt ġewwa d-dar il-kannabis se tiġi kkonsmata u maħżuna sabiex jitnaqqas ir-riskju għat-tfal.

L-Uffiċċju jaqbel li l-legalizzazzjoni proposta tal-kannabis għandha tkun akkumpanjata minn ħidma b’ saħħitha biex il-pubbliku jiġi edukat dwar l-użu sigur u responsabbli tal-kannabis. Ladulti għandhom jiġu edukati fost affarijiet oħra dwar l-importanza li jiżnu s-sigurtà, l-bżonnijiet u l-benessri tat-tfal li jieħdu ħsiebhom meta jagħżlu jekk u meta jikkonsmaw il-kannabis. Ledukazzjoni għandha tiġi estiża għat-tfal sabiex ikunu konxji tat-tipi differenti ta’ drogi, l-effetti u l-perikli ta’ kull waħda minnhom fuq l-individwu. L-Uffiċċju jemmen li l-edukazzjoni u t-terapija għandhom ikunu fil-qalba tar-rispons tal-Istat għal minuri li jagħmlu użu illeċitu minn drogi psikoattivi. F’ dan ir-rigward,

l-Uffiċċju jaqbel malpożizzjoni meħuda fil-White Paper favur id-depenalizzazzjoni sħiħa tal-użu tal-kannabis minn minuri, minħabba l-proċess ġudizzjarju kriminali jista’ jkollu konsegwenzi serji u fit-tul fuq it-tfal. L-edukazzjoni hija l-aqwa mod kif ingerrxu t-tfal minn użu illeċitu ta’ drogi. Għandu jkun hemm iktar investiment f’ servizzi edukattivi u terapewtiċi relatati mad-drogi, liema servizzi għandhom ikunu maħsuba u mfassla għat-tfal. L-Uffiċċju jsejjaħ għal politka nazzjonali dwar id-drogi li tkun akkumpanjata minn strateġija b’ miżuri speċifiċi li jħarsu l-minuri u l-adulti żgħar ħafna.